Go to Top

Stephen Gatt

Il-Kunsillier Stephen Gatt
Responsabbli mill-Indafa, l-Ambjent, Komunitajiet, il-Qasam Soċjali u l-Integrazzjoni Soċjali

 

Għaddiet sena oħra ta’ ħidma. Sfortunatament ġiet fuqna l-Covid-19 u ma stajniex nagħmlu ċerti attivitajiet jew laqgħat mar-residenti. Però, il-ħidma tiegħi ta’ kuljum ma naqsitx li nattendi l-uffiċċju tal-Kunsill fejn nirrapporta l-ilmenti jew suġġerimenti li nkun iltqajt waqt il-walkaround li nagħmel ta’ spiss mar-raħal.

Dawn il-walkarounds iservu biex inkun nista’ nosserva xi nuqqasijiet, eżempju: ġbir ta’ skart, indafa tat-toroq, żbir tas-siġar, bozoz difettużi u kull m’hemm bżonn ta’ attenzjoni.

L-Ambjent

Hawn nixtieq nirringrazzja lis-Sur Publius Cordina tal-inizjattiva li ħa biex isebbaħ l-ambjent ta’ mad-dawra tal-knisja, grazzi Publius.

Ma nistax ma nsemmix fuq il-ġbir tal-iskart fejn jiena u l-Project Manager is-Sur Adrian Mifsud qegħdin attenti biex kemm hu possibbli jinġabar dak kollu skond l-iskeda tal-ġurnata. Hawn nirringrazzja lir-residenti tal-kooperazzjoni fejn bis-saħħa ta’ kulħadd irbaħna it-tieni post minn Malta kollha għall-immaniġġjar tal-iskart.

Matul is-sena kelli diversi laqgħat mas-Sur Frans Scifo fuq l-immigranti tal-Open Centre ġol-Bon Pastur. Fejn iddiskutejna il-problemi li jintaqgħu magħhom fosthom mal-banek fejn qiegħed jagħmluhielhom diffiċli biex jinfetħu kontijiet bankarji.

Nagħlaq biex nirringrazzja lis-Sindku, Kunsilliera, is-Segretarju Eżekuttiv u l-istaff kollu tal-uffiċċju għall-kooperazzjoni kontinwa.

 

 

Font Resize
Contrast