Go to Top

Stephen Gatt

Il-Kunsillier Stephen Gatt
Responsabbli mill-Indafa, l-Ambjent, Komunitajiet, il-Qasam Soċjali u l-Integrazzjoni Soċjali

 

Meta rajt dawn id-dekasteri li jintegraw ma’ xulxin organizzajt il-ħin b’dan il-mod.

Nattendi l-uffiċċju tal-Kunsill regolari biex b’hekk ikolli first hand information fuq l-ilmenti u s-suġġerimenti tan-nies, fejn jien nista’ nieħu l-passi neċessarji biex jekk ikun hemm bżonn immur fuq il-post fiżikament.

L-ewwel ħaġa li għamilt għaliex għalija personali hija importantissima, hija li nitkellem one to one mall-persuni konċernati man-negozji żgħar, bħal ngħidu aħna ħwienet tal-merċa, ristoranti, klabbs u ħafna oħrajn bħal dawn. B’dawn it-taħdidiet qed nipprova niġi f’konklużjoni biex l-iskart jiġi iżjed ikkontrollat, iżda jiddispjaċini ngħid li għadna ma wasalniex għax kull stabilliment għandu diversi arranġamenti. Hemm min hu għola u min hu irħas fil-prezzijiet.

Organizzajt sotto kumitat fuq l-ambjent, dawn huma is-Sur Publius Cordina u s-Sur Silvio Scicluna. Huma qegħdin jistudjaw biex l-ewwel nara fejn nistgħu niżiraw iżjed siġar u nistgħu nsebbħu iżjed l-ambjent bil-pjanti.

Fuq qasam soċjali u integrazzjoni soċjali qegħdin nipparteċipaw fuq programm tal-Wellbeing ma’ Dr Virginia Monteforte. Fejn intqajna ma’ diversi nies taħt il-patronċinju tal-President Emeritus Dr Marie Louise Coleiro Preca, emigrant (Bon Pastur), u mall-istudenti tal-kulleġġ ta’ San Alwiġi Skola Primarja. Fejn niddiskutu primarjament fuq l-ambjent ta’ Ħal Balzan, x’jintgħoġob u x’ma jintgħoġobx. F’dawn il-laqgħat ġew mistiedna diversi nies minn Ħal Balzan biex jagħtu l-esperjenza tagħhom fuq il-ħajja soċjali tar-raħal.

Font Resize
Contrast