Go to Top

Mary Louise Briffa

Il-Viċi Sindku Mary Louise Briffa
Responsabbli mill-Anzjani, iż-Żgħażagħ u Tfal

 

Tfal

Meta fil-kampanja tiegħi kont qed indur bieb bieb, ħafna mill-ġenituri għaddewli xi ftit suġġerimenti li wieħed jista’ jagħmel. Id-dekasteru tat-tfal jaqa’ taħti u jien bdejt naħdem fuqhom kemm ma’ xi wħud minn sħabi l-kunsilliera u anke kunsilliera li huma ġo rħula oħra żgħar.

Dawn jirrigwardaw:

  • Kunsill tat-tfal
  • Sports day
  • Ħarġiet edukattivi

L-iżvantaġġ li għandna aħna fir-raħal li huwa raħal żgħir u l-ispazju huwa limitat, għalhekk jien u l-Vici Sindku li wieħed mid-dekasteri tiegħu huwa l-Edukazzjoni qegħdin niddiskutu mal-Kunsill Lokali tal-Iklin sabiex nibdew nikkollaboraw magħhom għaliex għandhom sala kbira u spazjuza fejn wieħed jista’ jorganizza xi wħud mill-ideat msemmija.

Qegħdin isiru taħdidiet biex fix-xhur li ġejjin jibda l-proġett il-ġdid tal-bandli peress li l-bandli preżenti qegħdin fi stat ħażin.

Żgħażagħ

F’dan ir-rigward, jien u sħabi l-kunsilliera ltqajna ma’ persuni li huma inkarigati miċ-Ċentru taż-Żgħażagħ, biex naraw kif nistaw ngħinu fil-problema li tfeġġitilhom meta spiċċaw mingħajr post fejn jiltaqaw. Minħabba li dan il-grupp għadu m’huwiex VO ma setgħetx issir applikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropeja, mill-kunsillier li taħtu jaqa’ dan id-dekasteru.

Iż-żgħażagħ fil-ħajja mgħaġġla u kumplessa tal-lum jaffaċjaw ħafna problemi li jikkaġunaw pressjonijiet u stress diversi matul perjodijiet differenti. Għalhekk, qegħdin naħdmu biex norganizzaw sessjonijiet varji speċifikament għaż-żgħażagħ biex jirnexxilhom jegħlbu dawn id-diffikultajiet li jaffaċjaw. Fost dawn is-sessjonijiet ħa jkun hemm dwar stress management, sikurezza online u inspirational talks.

Anzjani

L-anzjani huwa dekasteru importanti u delikat għaliex dawn huma n-nies li taw ħafna lis-soċjetà . Jien bdejt naħdem fuq dan id-dekasteru b’mod immedjat u b’attenzjoni kbira. L-ewwel ma bdejt naħdem biex nagħmel transport għall-anzjani tar-raħal, li jibda b’darba fil-ġimgħa imbgħad jiżdied skond id-domanda. Is-servizz jikkonsisti f’shuttle service mill-pjazza tar-raħal filgħodu u jwassal l-anzjani sal-berġa tas-saħħa ta’ B’Kara u wara jibqa’ sejjer l-isptar Mater Dei. Meta avviċinajna is-Segretarju Parlamentari inkarigat, sirna nafu li l-unika servizz possibli hu tat-tuctuc, li pero jsir biss ġol-istess raħal, għalhekk ma jgħoddx għar-raħal tagħna. Ghalhekk, ftaħna l-offerti biex norganizzaw dan is-shuttle u mill-offerti sibna li kienet ħa tiswa’ €39 kull vjaġġ u għalhekk ġiet irrifjutatha mill-Kunsill minħabba fondi. Minħabba f’hekk qegħdin f’taħdidiet mal-Ministru kkonċernat biex forsi ningħataw xi għajnuna biex dan il-progett ikun possibli.

Punt ieħor li qed naħdem fuqu u li nispera li jiġi finalizzat fix-xhur li ġejjin hu li infermiera tiġi d-dar biex tieħu testijiet tad-demm lill-anzjani u għalhekk l-anzjani jevitaw l-iskariġġ li joħorġu minn ġo darhom għal dan is-servizz.

Jien u l-Viċi Sindku qegħdin għaddejin b’diskussjonjiet mal-Kunsill Lokali tal-Iklin biex nkunu nistgħu norganizzaw diversi attivatijiet lill-anjzani li ġew offruti lilna mill-Gvern. Dawn l-attivatijiet jinkludi diskussjonijiet fuq is-saħħa, eżerċizzju, krafts u ħafna oħrajn.

Bi pjaċir ngħid li l-ħarġiet ta’ kull xahar, kull ma’ jmur, qegħdin dejjem isiru iżjed popolari. L-attendenza qegħda tiżdied xahar wara xahar u dan huwa dovut għal l-għażla tal-post u l-prezzijiet raġonevoli. Il-ħsieb tagħna hu li fis-sajf norganizzaw transport għall-baħar fejn ġejt mitluba minnhom stess.

Ta’ dan nixtieq nirringrazzja lis-sotto kumitat tiegħi tal-għajnuna tagħhom li jagħtu. Dawn huma Mary Rose Cutajar u Catherine Zerafa.

Font Resize
Contrast