Go to Top

Blog Archives

Oliver Nicholas De Gaetano

Il-Kunsillier Dr Oliver Nicholas De Gaetano Responsabbli mill-Innovazzjoni, il-Ħarsien tal-Annimali u Fondi tal-Unjoni Ewropea   L-Innovazzjoni Nixtieq nagħmilha ampjament ċara li d-dekasteru li jirrigwardja l-anzjani bl-ebda mod ma hu wieħed li jaqa’ taħt il-kompitu tiegħi. Hu fatt magħruf, li f’għadd ta’ lokalitajiet madwar Malta, qiegħed jiġi pprovdut is-servizz ta’ trasport b’xejn għall-anzjani min-naħa għall-oħra tal-belt jew raħal fejn ikun qiegħed jiġi pprovdut dan is-servizz, biss sfortunatament kif ġieli ġie diskuss …Read More

Mary Louise Briffa

Il-Kunsillier Mary Louise Briffa Responsabbli mill-Anzjani, iż-Żgħażagħ u Tfal   Nittama li kulħadd jinsab tajjeb. Ninsabu fi żmien diffiċli li qiegħed jitlob minna sforzi straordinarji. Dan qed nagħmluh b’impenn u mħabba lejn ir-raħal u r-residenti tagħna, sabiex nagħtu l-aħjar servizz u b’hekk inkunu nistgħu intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Il-pandemija żammitna milli nimxu mal-pjanijiet u l-attivitajiet li konna ffissajna s-sena li għaddiet. Kellna ħafna proposti u attivitajiet ippjanati x’nagħmel fit-tliet dekasteri …Read More

Stephen Gatt

Il-Kunsillier Stephen Gatt Responsabbli mill-Indafa, l-Ambjent, Komunitajiet, il-Qasam Soċjali u l-Integrazzjoni Soċjali   Għaddiet sena oħra ta’ ħidma. Sfortunatament ġiet fuqna l-Covid-19 u ma stajniex nagħmlu ċerti attivitajiet jew laqgħat mar-residenti. Però, il-ħidma tiegħi ta’ kuljum ma naqsitx li nattendi l-uffiċċju tal-Kunsill fejn nirrapporta l-ilmenti jew suġġerimenti li nkun iltqajt waqt il-walkaround li nagħmel ta’ spiss mar-raħal. Dawn il-walkarounds iservu biex inkun nista’ nosserva xi nuqqasijiet, eżempju: ġbir ta’ skart, …Read More

Angelo Micallef

Il-Viċi Sindku Dr Angelo Micallef Responsabbli mill-Kultura, l-Edukazzjoni u Pubblikazzjonijiet u rappreżentant tal-Kunsill Lokali Ħal Balzan fuq ir-Reġjun Ċentru   Sena Diffiċli Is-sena 2020 kienet bla dubju ta’ xejn sena diffiċli ħafna għal kulħadd inkluż għal Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan. Is-sena kienet iddominata minn restrizzjonijiet fuq ġemgħat ta’ nies u miżuri preventivi. B’hekk kienet sena li prattikament fiha l-ħidma tal-Kunsill kellha restrizzjonijiet ċari ħafna fejn tidħol l-organizzazzjoni ta’ kwalsiasi …Read More

Ian Spiteri

Is-Sindku in-Nutar Ian Spiteri Responsabbli mill-Proġetti, l-Infrastruttura, Sports u Attivitajiet Fiżiċi   Ninsab kważi f’għeluq is-sitt sena minn meta ħadt l-ewwel ġurament tiegħi bħala Sindku ta’ raħal twelidi, u tul dawn is-snin kollha l-ħidma tiegħi u ta’ sħabi l-Kunsilliera ma waqfitx! Kienu snin mimlija sfidi li taw il-frott tagħhom ukoll. Nammetti magħkom però, illi s-sena li għaddiet kienet l-aktar sena iebsa tul il-ħidma tiegħi, kawża tal-misħuta pandemija tal-COVID-19.  Is-sena bdiet …Read More

Oliver Nicholas De Gaetano

Il-Kunsillier Dr Oliver Nicholas De Gaetano Responsabbli mill-Innovazzjoni, il-Ħarsien tal-Annimali u Fondi tal-Unjoni Ewropea   L-Innovazzjoni F’dak li jirrigwardja d-dekasteru tal-innovazzjoni, qiegħed nistinka flimkien mal-Kunsilliera inkarigata mid-dekasteru tal-anzjani sabiex inkunu nistgħu nipprovdu trasport għall-anzjani tar-raħal darbtejn fil-ġimgħa, fejn ikun hemm ‘shuttle service’ li jitlaq mill-pjazza tar-raħal filgħodu li jwassal lill-anzjani sal-berġa tas-saħħa ta’ Birkirkara u wara l-vann jibqa’ sejjer sal-iSptar Mater Dei. Meta avviċinajt lis-Segretarju Parlamentari inkarigat mill-Ħarsien tal-Anzjani, sirt …Read More

Mary Louise Briffa

Il-Viċi Sindku Mary Louise Briffa Responsabbli mill-Anzjani, iż-Żgħażagħ u Tfal   Tfal Meta fil-kampanja tiegħi kont qed indur bieb bieb, ħafna mill-ġenituri għaddewli xi ftit suġġerimenti li wieħed jista’ jagħmel. Id-dekasteru tat-tfal jaqa’ taħti u jien bdejt naħdem fuqhom kemm ma’ xi wħud minn sħabi l-kunsilliera u anke kunsilliera li huma ġo rħula oħra żgħar. Dawn jirrigwardaw: Kunsill tat-tfal Sports day Ħarġiet edukattivi L-iżvantaġġ li għandna aħna fir-raħal li huwa …Read More

Stephen Gatt

Il-Kunsillier Stephen Gatt Responsabbli mill-Indafa, l-Ambjent, Komunitajiet, il-Qasam Soċjali u l-Integrazzjoni Soċjali   Meta rajt dawn id-dekasteri li jintegraw ma’ xulxin organizzajt il-ħin b’dan il-mod. Nattendi l-uffiċċju tal-Kunsill regolari biex b’hekk ikolli first hand information fuq l-ilmenti u s-suġġerimenti tan-nies, fejn jien nista’ nieħu l-passi neċessarji biex jekk ikun hemm bżonn immur fuq il-post fiżikament. L-ewwel ħaġa li għamilt għaliex għalija personali hija importantissima, hija li nitkellem one to one …Read More

Angelo Micallef

Il-Viċi Sindku Dr Angelo Micallef Responsabbli mill-Kultura, l-Edukazzjoni u Pubblikazzjonijiet   Bidu tal-Ħidma Is-sena 2019 bdiet fl-1 ta’ Lulju 2019 hekk kif ġie fi tmiemu l-mandat tal-Kunsill preċidenti u beda t-terminu tal-Kunsill preżenti. Fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill Lokali s-Sindku n-Nutar Ian Spiteri assenjali d-dekasteri ta’ l-edukazzjoni, l-kultura u l-pubblikazzjonijiet. Addizjonalment ġejt assenjat ukoll il-ħidma li nkun ir-rappreżentant tal-Kunsill Lokali fuq il-Kunsill Reġjoni Ċentru bis-Sur Stephen Gatt bħala membru supplimentari. Kors tal-First …Read More

Ian Spiteri

Is-Sindku in-Nutar Ian Spiteri Responsabbli mill-Proġetti, l-Infrastruttura, Sports u Attivitajiet Fiżiċi   Fit-18 ta’ Ġunju, 2019 ingħatajt il-Ġurament tal-Kariga ta’ Kunsillier, sabiex fit-3 ta’ Lulju, 2019 kelli l-unur li nerġa’ niġi kkonfermat Sindku ta’ Ħal Balzan wara ċerimonja qasira li fiha ħlift li naqdi fedelment id-dmirijiet tiegħi. Għalija dan ma kienx bidu ieħor ġdid imma kontinwazzjoni fuq ix-xogħol li kont bdejt u bnejt fis-snin preċedenti.  L-ewwel uġiegħ ta’ ras li …Read More

Font Resize
Contrast